MR SPEAKER: Grazzi. Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 14 ta’ Ottubru 2014, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.
Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.
MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB
GOZO CHANNEL – MANUTENZJONI TA’ APPARAT ELETTRONIKU 10444. L-ONOR. ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq manutenzjoni tal-apparat elettroniku, inkluż dak tal-arja kundizzjonata, tal-vapuri tal-Gozo Channel minn Marzu 2013 sal-lum?